Il-Kors tas-Sigurtà tal-Ikel Liċenzja B huwa ddiżinjat għal nies li jaħdmu fl-industrija tal-ikel u involuti direttament fil-preparazzjoni ta’ ikel ta’ riskju għoli u mikxuf (eżempju krema friska, laħam, zalzett, ross, bajd, ħut, ġobon, ħalib u frott tal-baħar), kif ukoll sidien, maniġers u supervisors tal-intrapriżi. Il-kors għandu l-għan li jipprovdi informazzjoni dettaljata fil-prinċipji tal-iġjene.
Il-prezz jinkludi il-materjal tal-kors u l-eżami. Studenti li jgħaddu mill-eżami jirċievu ċ-ċertifikat u l-liċenzja kif awtorizzat mill-Food Safety Commission ta’ Malta.
- Il-marka minima biex tgħaddi mill-eżami hi 50%
- Il-liċenzja valida għal ħames snin (5)
- Il-kors irid jitlesta sa 6 xhur minn meta jinxtara.
Importanti
Biex tagħmel dan il-kors għandek bżonn dawn;
- Kompjuter / Tablet / Smartphone
- Aċċess għall-internet
- Karti u pinna fejn tieħu noti