Il-Kors tas-Sigurtà tal-Ikel Liċenzja A huwa ddiżinjat għal nies li jaħdmu fl-industrija tal-ikel imma li MHUMIEX involuti direttament fil-preparazzjoni ta’ ikel ta’ riskju għoli; bħal waiters u min jaħdem fil-bars. Il-kors huwa utli ukoll għal min irid ikabbar l-għarfien tiegħu fis-suġġett. Huwa l-għan ta’ dan il-kors li jipprovdi informazzjoni bażika fuq il-prinċipji tal-iġjene.
Il-prezz jinkludi il-materjal tal-kors u l-eżami. Studenti li jgħaddu mill-eżami jirċievu ċ-ċertifikat u l-liċenzja kif awtorizzat mill-Food Safety Commission ta’ Malta.
- Il-marka minima biex tgħaddi mill-eżami hi 50%
- Il-liċenzja valida għal sentejn (2)
- Il-kors irid jitlesta sa 6 xhur minn meta jinxtara.
Importanti
Biex tagħmel dan il-kors għandek bżonn dawn;
- Kompjuter / Tablet / Smartphone
- Aċċess għall-internet
- Karti u pinna fejn tieħu noti